Attivazzjoni ta' l-e-ID tiegħek
-
Wara li tikkonferma l-identità tiegħek, l-Awtorità ta’ Reġistrazzjoni se tibgħatlek email bl-isem “Attiva l-Kont” li tinkludi buttuna u link biex tattiva l-kont tiegħek.
-
Ikklikkja fuq il-buttuna jew ikkopja l-link fil-browser tiegħek.
-
Se tara il-paġna l-ġdida tas-‘Single Sign On’ fejn trid iddaħħal in-numru tal-eID tiegħek (l-istess bħan-numru tal-karta tal-identita) u n-numru tad-dokument tiegħek (dan hu in-numru tad-dokument tal-karta tal-identita jew permess ta residenza). Ħares lejn l-eżempji jekk għandek xi diffikulta. Ikklikkja fuq ‘Attiva’ biex tkompli bil-proċess.
-
Tkun mitlub toħloq il-password għall-ewwel darba, kif tistà tara mill-illustrazzjoni numru 3. Daħħal il-password u kkonferma billi terġa ddaħħal l-istess password mill-ġdid fil-kaxxa li jmiss. Kun ċert li l-password fiha ittri żgħar, ittri kbar u numri. Fl-aħħar ikklikkja fuq ‘Applika’ biex tidħol fis-sit.
-
Ladarba tkun dħalt, tkun tista' taċċessa id-dettalji tal-kont tiegħek billi tikklikkja fuq il-buttuna “Il-Kont Tiegħi”, kif muri fil-Figura 4.